01/09/2026
🥈 L-MCA Tikseb Silver Fil-Mental Health First Aid Skilled Workplace Award
L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) hija kburija li kisbet is-Silver Award bħala Certified Mental Health First Aid (MHFA) Skilled Workplace mingħand ir-Richmond Foundation.
Dan ir-rikonoxximent jirrifletti l-impenn kontinwu tal-Awtorità lejn is-saħħa mentali u l-benesseri tal-impjegati tagħha, b’numru ta’ impjegati tal-MCA mħarrġa u ċċertifikati bħala Mental Health First Aiders.
Permezz ta’ dan it-taħriġ, il-Mental Health First Aiders jiksbu l-għarfien u l-ħiliet biex jagħrfu meta persuna tista’ tkun qed tesperjenza diffikultajiet relatati mas-saħħa mentali u jkunu jistgħu jipprovdu appoġġ inizjali xieraq.
🥈 Is-Silver Award jirrifletti l-investiment kontinwu tal-MCA biex issaħħaħ l-għarfien dwar is-saħħa mentali u tkompli tibni ambjent tax-xogħol aktar infurmat u ta’ appoġġ.
Il-Kap Eżekuttiv tal-MCA, Jesmond Bugeja, stqarr, "Il-benesseri tal-impjegati tagħna tibqa’ prijorità ewlenija għalina fl-MCA. L-investiment fit-taħriġ tal-Mental Health First Aid u l-kisba tas-Silver Award huma xhieda tal-impenn tagħna biex noħolqu ambjent tax-xogħol fejn il-kura, il-fehim u r-rispett huma valuri ċentrali, filwaqt li nagħtu lill-impjegati l-għodod meħtieġa biex jappoġġjaw lil xulxin."
Alison Sciberras, MHFA Instructor mir-Richmond Foundation żiedet, "Il-Premju MHFA Skilled Workplace huwa rikonoxximent importanti tal-impenn ta’ organizzazzjoni lejn is-saħħa mentali u l-benesseri. Billi jħarrġu lill-impjegati fil-Mental Health First Aid, l-organizzazzjonijiet jistgħu jisfidaw attitudnijiet u opinjonijiet relatati mas-saħħa mentali, filwaqt li jagħtu l-ħiliet prattiċi meħtieġa lin-nies, biex jagħrfu meta xi ħadd jista’ jkun għaddej minn diffikultajiet u joffru għajnuna xierqa. Aħna nemmnu li dan jista’ jkollu impatt reali u fit-tul fuq il-benesseri fil-post tax-xogħol. Il-benefiċċju jmur lil hinn mit-taħriġ innifsu – maż-żmien, jista’ jgħin biex tinbena kultura fejn il-konverżazzjonijiet dwar is-saħħa mentali jsiru aktar miftuħa, in-nies iħossuhom aktar appoġġjati, u li wieħed ifittex l-għajnuna issir aktar faċli."
🤝 Nirringrazzjaw lir-Richmond Foundation għall-ħidma tagħha fil-promozzjoni tal-Mental Health First Aid u s-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol.
🥈The MCA Achieves Silver in the Mental Health First Aid Skilled Workplace Award
The Malta Communications Authority (MCA) is proud to have achieved Silver recognition as a Certified Mental Health First Aid (MHFA) Skilled Workplace by the Richmond Foundation - Malta.
This recognition reflects the Authority’s continued commitment to the mental health and wellbeing of its employees, with a number of MCA employees trained and certified as Mental Health First Aiders.
Through this training, Mental Health First Aiders gain the knowledge and skills to recognise when someone may be experiencing mental health difficulties and to provide appropriate initial support.
🥈 The Silver recognition reflects the MCA’s continued investment in mental health awareness, while further strengthening an informed and supportive workplace that places employee wellbeing at the forefront.
Jesmond Bugeja, Chief Executive Officer of the MCA highlighted "The wellbeing of our employees remains a key priority for us at the MCA. By investing in Mental Health First Aid training and achieving Silver recognition, we are equipping our employees with the skills to support one another while reinforcing a workplace culture built on care, understanding, and respect."
Alison Sciberras, MHFA Instructor at the Richmond Foundation added, "The MHFA Skilled Workplace Award is an important recognition of an organisation’s commitment to mental health and wellbeing. By training employees in Mental Health First Aid, organisations can challenge attitudes and beliefs around mental health while equipping people with practical skills to recognise when someone may be struggling and offer appropriate support. We believe this can have a real and lasting impact on workplace wellbeing. The benefit goes beyond the training itself – over time, it can contribute to a culture where conversations about mental health become more open, people feel better supported, and reaching out for help becomes easier."
🤝 We thank the Richmond Foundation for its work in promoting Mental Health First Aid and mental health awareness in the workplace.